Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2015 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/13) 1

[“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Żvilupp rurali – Infiq imwettaq mill-Polonja – Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 – Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 – Effikaċja tal-kontrolli – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ sussidjarjetà”]

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u D. Krawczyk, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u A. Szmytkowska, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2013 dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 67, p. 20), f’dak li jikkonċerna l-azzjoni “Irtirar antiċipat” implementata mir-Repubblika tal-Polonja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.