Language of document : ECLI:EU:T:2015:207





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ April 2015 –
Matratzen Concord vs UASI – KBT (ARKTIS)


(Kawża T‑258/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja verbali ARKTIS – Użu ġenwin mit-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Forma tal-użu mit-trade mark – Prova tal-użu għall-prodotti rreġistrati – Kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark”

1.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 51(1)(a)) (ara l-punti 13-15, 33)

2.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(2) u 51(1)(a))(ara l-punt 37)

3.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Eżami tat-talba – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Użu minn terza persuna bil-kunses tal-proprjetarju tat-trade mark – Kunsens espress jew impliċitu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(1) u (2))(ara l-punti 39, 40)

4.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Modifika tat-termini tal-każ hekk kif imressaq quddiem il-Bord tal-Appell – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 46)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Marzu 2013 (Każ R 2133/2011‑4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Matratzen Concord GmbH u KBT & Co. Ernst Kruchen agenzia commerciale sociétá in accomandita.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Matratzen Concord GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn KBT & Co. Ernst Kruchen agenzia commerciale sociétá in accomandita għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI).