Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 – Warsteiner Brauerei Haus Cramer vs UASI - Stuffer (ALOHA 100% NATURAL)

(Kawża T-243/12)1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ALOHA 100 % NATURAL – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ALOA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Warsteiner Brauerei Haus Cramer KG (li kienet International Brands Germany GmbH & Co. KG) (Warstein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Hein u M.-H. Hoffmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, sussegwentement A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Stuffer SpA (Bolzano, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Marzu 2012 (Każ R 1058/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Stuffer SpA u Warsteiner Brauerei Haus Cramer KG, li kienet International Brands Germany GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Warsteiner Brauerei Haus Cramer KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 217, 21.07.2012.