Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta Lulju 2014 – Jyoti Ceramic Industries vs UASI

(Kawża T-239/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZIECON – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CERCON – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Jyoti Ceramic Industries PVT. Ltd (Nashik, l-Indja) (rappreżentanti: R. Egerer, D. Jochim u A. Kolb, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DeguDent GmbH (Hanau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Blau, T. Hertl u P. Winkler, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Marzu 2012 (Każ R 2546/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DeguDent GmbH u Jyoti Ceramic Industries PVT. Ltd.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Jyoti Ceramic Industries PVT. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ DeguDent GmbH.