Language of document : ECLI:EU:T:2013:344





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Lulju 2013 — Warsteiner Brauerei Haus Cramer vs UASI – Stuffer (ALOHA 100 % NATURAL)

(Kawża T‑243/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ALOHA 100 % NATURAL — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ALOA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell — Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt mhux ippreżentati qabel quddiem l-istanzi tal-Uffiċċju — Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punti 13, 14)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20‑22, 37)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark Komunitarja figurattiva ALOHA 100 % NATURAL u trade mark verbali ALOA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 26, 32-36, 38, 39)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 27)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Marzu 2012 (Każ R 1058/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Stuffer SpA u Warsteiner Brauerei Haus Cramer KG, li kienet International Brands Germany GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Warsteiner Brauerei Haus Cramer KG hija kkundannata għall-ispejjeż.