Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2013 – Recombined Dairy System vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-65/11) 1

[“Unjoni doganali Importazzjoni ta’ konċentrati ta’ lattoglobulina minn New Zealand Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni Talba għal maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 236 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92”]

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Recombined Dairy System A/S (Horsens, id-Danimarka) (rappreżentanti: T. Kristjánsson u T. Gønge, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Caeiros, L. Keppenne u B.-R. Killmann, aġenti, assistiti minn P. Dyrberg, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7692 finali, tat-12 ta’ Novembru 2010, li tikkonstata li t-teħid inkunsiderazzjoni a posteriori ta’ ċerti dazji fuq l-importazzjoni kien iġġustifikat u li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma kinitx iġġustifikata (fajl REC 03/08).

Dispożittiv

1)    L-Artikolu 1(2) u (4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7692 finali, tat-12 ta’ Novembru 2010, li tikkonstata li t-teħid inkunsiderazzjoni a posteriori ta’ ċerti dazji fuq l-importazzjoni kien iġġustifikat u li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma kinitx iġġustifikata (fajl REC 03/08) huwa annullat, sa fejn jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ konċentrati ta’ lattoglobulina 131 u 8471.

2)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Recombined Dairy System A/S.

____________

1 ĠU C 103, 02.04.2011.