Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Lulju 2011 - Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-190/06) 1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Idroġenu perossidu u perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir illegali - Drittijiet tad-difiża - Preżunzjoni ta' innoċenza - Obbligu ta' motivazzjoni - Trattament ugwali - Prinċipju ta' individwalità tal-piena u tas-sanzjonijiet - Prinċipju ta' legalità tar-reati u tal-pieni - Prinċipju ta' amminitrazzjoni tajba - Ċertezza legali - Użu ħażin ta' poter - Multi)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Total SA (Courbevoie, Franza) u Elf Aquitaine SA (Courbevoie) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery, A. Noël-Baron, E. Lagathu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: inizjalment F. Arbault u O. Beynet, sussegwentement V. Bottka, P. J. Van Nuffel u B. Gencarelli, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta' Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620) - Idroġenu perossidu u perborat), u, sussidjarjament, talba għall-emenda tal-Artikolu 2(i) tal-imsemmija deċiżjoni

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Total SA u Elf Aquitane SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 212, 02.09.2006.