Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 – Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill

(Kawżi Magħquda T-4/11 u T-5/11) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Export Development Bank of Iran (Téhéran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut : Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u A. Bordes, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà għar-rikorrenti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), it-tieni nett, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 356, p. 34), kif ukoll ir-regolamenti kollha futuri li jikkumplimentaw jew jissostitwixxu dawn ir-regolamenti, sal-għoti tas-sentenza li ġġib fi tmiem il-kawża, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti, it-tielet nett, talba għall-annulament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temeda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru°1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 356, p. 71), kif ukoll l-atti kollha futuri li jikkumplimentaw jew jissostitwixxu dawn l-atti, sal-għoti tas-sentenza li ttemm il-kawża, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti, u, ir-raba’ nett, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fl-ittri tat-28 ta’ Ottubru 2010 u tal-5 ta’ Diċembru 2011.DispożittivDawn li ġejjin huma annullati sa fejn jirrigwardaw lil Export Development Bank of Iran :–    l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, sussegwentement bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011;–    id-Deċiżjoni 2010/644;–    l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010;–    id-Deċiżjoni 2011/783;–    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011;–    l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.L-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644 sussegwentement bid-Deċiżjoni 2011/783, fir-rigward tal-Export Development Bank of Iran jibqgħu validi sakemm jibdew japplikaw l-effetti tal-annullament tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dan jirrigwarda lil Export Development Bank of Iran.Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba intiża li tiddikjara li d-Deċiżjoni 2010/413 ma tapplikax għall-Export Development Bank of Iran.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Export Development Bank of Iran.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.