Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Bank Kargoshaei et vs Il-Kunsill

(Kawża T-8/11) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Aspettattivi leġittimi – Eżami mill-ġdid tal-miżuri restrittivi adottati – Żball ta’ evalwazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Bażi legali – Forom proċedurali sostanzjali – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Kargoshaei (Tehran, l-Iran); Bank Melli Iran Investment Company (Tehran); Bank Melli Iran Printing and Publishing Company (Tehran); Cement Investment & Development Co. (Tehran); Mazandaran Cement Company (Tehran); Melli Agro-chemical Company (Tehran); u Shomal Cement Co. (Tehran) (rappreżentanti: inizjalment L. Defalque u S. Woog, sussegwentement L. Defalque u C. Malherbe, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Corderoi, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta : Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 276/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament ta’ kull regolament futur jew ta’ kull deċiżjoni futura li tikkompleta jew li temenda wieħed mill-atti kkontestati li jkun fis-seħħ fid-data ta’ għeluq tal-proċedura orali.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Bank Kargoshaei, mill-Bank Melli Iran Investment Company, mill-Bank Melli Iran Printing and Publishing Company, mis-Cement Investment & Development Co., mill-Mazandaran Cement Company, mill-Melli Agro-chemical Company u mix-Shomal Cement Co.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.