Language of document : ECLI:EU:T:2013:400





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2013 —
Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T‑4/11 u T‑5/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarjaeffettiva — Żball ta’ evalwazzjoni”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni li fil-mori tal-kawża tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata, li sadanittant ġiet revokata — Ammissibbiltà ta’ talbiet ġodda — Limiti — Atti ipotetiċi li għadhom ma ġewx adottati (ara l-punt 32)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolamenti tal-Kunsill adottati fil-kuntest tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni u li jipprovdu miżuri restrittivi kontra l-Iran — Atti li jinkludu miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Assenza ta’ interess dirett u individwali — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u Artikolu 275 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010 u Nru 267/2012) (ara l-punti 36, 40-43)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni jew regolament li jissostitwixxi fil-mori tal-kawża l-att ikkontestat — Element ġdid — Estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali (ara l-punti 48-51)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Drittijiet fundamentali — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Persuni ġuridiċi li jikkostitwixxu estensjonijiet ta’ Stat terz — Inklużjoni — Responsabbiltà ta’ Stati terzi għar-rispett tad-drittijiet fundamentali fit-territorju tagħhom stess — Assenza ta’ effett (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 17, 41 u 47) (ara l-punti 58, 61-63)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu li l-motivazzjoni tiġi kkomunikata lill-persuna kkonċernata fl-istess waqt tal-adozzjoni tal-att li jikkawżalha preġudizzju jew eżatt wara — Limiti — Sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew kondotta tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Artikolu 15(3), Nru 961/2010, Artikolu 36(3), u Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 70-72, 75, 76)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu li jiġu ppreċiżati l-attivitajiet ta’ parteċipazzjoni u ta’ sostenn imwettqa mid-destinatarju f’isem l-entitajiet li jipparteċipaw fil-proliferazzjoni — Motivi eċċessivament vagi — Ċirkustanzi insuffiċjenti sabiex iwasslu għall-annullament tal-atti kkontestati (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Artikolu 15(3), Nru 961/2010, Artikolu 36(3), u Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 70-72, 93-95, 102, 103)

7.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu li l-provi kontra jiġu kkomunikati fl-istess waqt tal-adozzjoni tal-att li jikkawża preġudizzju jew eżatt wara — Teħid ta’ pożizzjoni tal-persuni kkonċernati wara l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi — Rispett tad-dritt għal smigħ, bl-eċċezzjoni tal-motivi li huma eċċessivament vagi (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010 u Nru 267/2012) (ara l-punti 73-76, 107, 108, 113)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu li l-provi kontra jiġu kkomunikati fl-istess waqt tal-adozzjoni tal-att li jikkawża preġudizzju jew eżatt wara — Rispett għad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva permezz tal-komunikazzjoni ta’ motivi preċiżi, bl-eċċezzjoni ta’ motivi li huma eċċessivament vagi (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47) (ara l-punti 77, 111-113)

9.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità — Portata — Evalwazzjoni tal-fatti u verifika tal-provi — Żball ta’ evalwazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Anness II; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Anness VIII, Nru 1245/2011 u Nru 267/2012, Anness IX ) (ara l-punti 118, 120-122, 124)

10.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament parzjali ta’ regolament u ta’ deċiżjoni dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran — Annullament tar-regolament li jkollu effett mill-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell jew miċ-ċaħda tal-appell — Applikazzjoni ta’ dan it-terminu għad-dħul fis-seħħ tal-annullament tad-deċiżjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE u Artikolu 280 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Anness II; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Anness IX) (ara l-punti 127, 128)

11.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Annullament f’żewġ mumenti differenti ta’ żewġ atti li jinvolvu miżuri restrittivi identiċi — Riskju ta’ preġudizzju serju għaċ-ċertezza legali — Żamma tal-effetti tal-ewwel minn dawn l-atti sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tat-tieni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56, u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Anness II; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Anness IX) (ara l-punti 129, 130)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà għar-rikorrenti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), it-tieni nett, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 356, p. 34), kif ukoll ir-regolamenti kollha futuri li jikkumplimentaw jew jissostitwixxu dawn ir-regolamenti, sal-għoti tas-sentenza li ġġib fi tmiem il-kawża, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti, it-tielet nett, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru°1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 356, p. 71), kif ukoll tal-atti kollha futuri li jikkumplimentaw jew jissostitwixxu dawn l-atti, sal-għoti tas-sentenza li ttemm il-kawża, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti, u, ir-raba’ nett, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fl-ittri tat-28 ta’ Ottubru 2010 u tal-5 ta’ Diċembru 2011.

Dispożittiv

1)

Dawn li ġejjin huma annullati sa fejn jirrigwardaw lil Export Development Bank of Iran:

–        l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, sussegwentement bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011;

–        id-Deċiżjoni 2010/644;

–        l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 961/2010;

–        id-Deċiżjoni 2011/783;

–        ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011;

–        l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

2)

L-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644 sussegwentement bid-Deċiżjoni 2011/783, fir-rigward tal-Export Development Bank of Iran jibqgħu validi sakemm jibdew japplikaw l-effetti tal-annullament tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dan jirrigwarda lil Export Development Bank of Iran.

3)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba intiża li tiddikjara li d-Deċiżjoni 2010/413 ma tapplikax għall-Export Development Bank of Iran.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Export Development Bank of Iran.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.