Language of document : ECLI:EU:T:2015:388





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2015 —
Il-Portugal vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑3/11)

“FAEG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — Nuqqasijiet fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-porzjonijiet agrikoli u s-sistema ta’ informazzjoni ġeografika (SIPA-SIG), fl-eżekuzzjoni tal-kontrolli fuq il-post u fil-kalkolu tas-sanzjonijiet (snin 2005 sa 2007)”

1.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR — Clearance tal-kontijiet — Proċedura — Suġġett — Korrezzjoni finanzjarja li ma tikkostitwixxix sanzjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4) u Nru 1290/2005, Artikolu 31(2)) (ara l-punt 25)

2.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999) (ara l-punti 26-29, 39, 40)

3.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Kontrolli mhux affidabbli — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà mill-Fond — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Ġustifikazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ kontrolli bbażata fuq l-ordinament intern — Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, Artikolu 20 ; Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004, Artikolu 6(2), 24(1)(ċ) u 27) (ara l-punti 43-48, 53, 55, 56, 77, 82)

4.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kundizzjoni — Żball imputabbli lil istituzzjoni tal-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003; Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 49(1)) (ara l-punt 99)

5.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna — Sistema ta’ ħlas uniku u sistemi oħra ta’ għajnuna “uċuħ” — Żball intenzjonat fid-dikjarazzjoni tas-superfiċji — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissubordina l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet għall-eżistenza preliminari ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tikkonferma l-inosservanza intenzjonali — Inammissibbiltà (Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004, Artikolu 53) (ara l-punti 108, 110, 111, 113, 114)

6.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, Artikolu 86 ; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2419/2001, Artikolu 16) (ara l-punti 124, 126)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 288, p. 24), sa fejn din tapplika korrezzjonijiet finanzjarji għar-Repubblika Portugiża fl-ammont ta’ EUR 40 690 655.11 minħabba “[n]uqqasijiet fis-sistema LPIS-GIS [sistema ta’ identifikazzjoni ta’ porzjonijiet agrikoli-sistema ta’ informazzjoni ġeografika], [fl-eżekuzzjoni] ta’ verifiki fuq il-post u l-[kalkolu] tas-sanzjonijiet” matul is-snin 2005 sa 2007.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.