Language of document : ECLI:EU:T:2011:111





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – FRA.BO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/06)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Multi – Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni – Linji gwida għall-kalkolu tal-multi – Ċirkustanzi attenwanti – Immunità mill-multi – Aspettatitvi leġittimi – Trattament ugwali”

1.                     Dritt Komunitarju - Prinċipji - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Limiti - Trażżin tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni - Determinazzjoni tal-ammont tal-multi - Metodu ta’ kalkolu tal-multi - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Nuqqas ta’ effett tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04) (ara l-punti 93, 94)

2.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata - Kundizzjonijiet - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-kwalità u tal-utilità tal-informazzjoni pprovduta (Komunikazjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04, Titolu D, punt 2) (ara l-punt 96)

3.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Tqabbil tal-informazzjoni ta’ kawżi differenti - Natura indikattiva - Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni - Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali - Assenza (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04, Titolu D, punt 2) (ara l-punti 101, 103, 104)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 – Attrezzaturi) kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FRA.BO SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.