Language of document : ECLI:EU:T:2012:342





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 — TME vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-329/11)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Sejħa għal offerti dwar ir-riabilitazzjoni tal-impjant ta’ trattament tal-ilma użat f’Bukarest, kofinanzjat mill-fondi strutturali ISPA — Deċiżjoni allegatament irregolari tal-awtoritajiet Rumeni li jiċħdu l-offerta magħmula mir-rikorrenti — Rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ korrezzjonijiet finanzjarji kontra r-Rumanija — Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Esklużjoni (Artikoli 258 TFUE u 263 TFUE) (ara l-punt 29)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Fatt li ma jikkostitwixxix illegalità — Talbiet għal kumpens — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punti 31, 32)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2001, li għandha bħala suġġett l-ilment tal-kumpannija TME SpA dwar nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi imposti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea min-naħa tar-Rumanija fil-kuntest tal-proġett “Bucharest Wastewater Treatment Plant Rehabilitation: Stage I ISPA 2004/R0/16/P/PE/003‑03”, inerenti fir-ristrutturazzjoni tal-impjant ta’ trattament tal-ilma użat f’Bukarest [D (2011)REGIO.B3/MAD], u, min-naħa l-oħra, talba għad danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

TME SpA — Termomeccanica Ecologia għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea.