Language of document : ECLI:EU:F:2010:106

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL
GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

16 ta’ Settembru 2010

Kawża F-90/09

Frédéric Ernotte

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Ftehim bonarju fuq l-inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l‑Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu F. Ernotte prinċipalment jitlob li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tikkumpensa d-danni materjali u morali li rriżultaw mit-terminu irraġonevoli li fih hija ttrattat il-proċeduri ta’ rikonoxximent tan-natura aċċidentali u tal-attakk tal-qalb ikkaġunat mix-xogħol li safa’ vittma tiegħu fit-28 ta’ Awwissu 2002.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑90/09, Ernotte vs Il‑Kummissjoni, hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tħallas lir-rikorrent is-somma f’daqqa ta’ EUR 10 000, liema somma tinkludi l-ispejjeż tal-avukat sostnuti minnu.

Sommarju

Uffiċjali — Rikors — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-Reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu69)