Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Novembru 2009 - Ernotte vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-90/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Frédéric Ernotte (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Defalque, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Il-kundanna tal-Kummissjoni għall-kumpens tad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent minħabba l-mod kif ġie ttrattat il-fajl tiegħu dwar ir-rikonoxximent tal-oriġini aċċidentali tal-attakk ta' qalb li sofra.

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent s-somma ta' EUR 96 579.175 (flimkien mal-interessi moratorji li l-ammont tagħhom għandu jiġi kkalkulat b'rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament, b'żieda ta' żewġ punti, mill-1 ta' Jannar 2006) bħala kumpens għad-dannu materjali subit minnu minħabba n-nuqqas ta' attenzjoni u d-dewmien mhux raġonevoli li bih il-Kummissjoni ttrattat il-fajl tiegħu dwar ir-rikonoxximent tal-oriġini aċċidentali tal-attakk ta' qalb li sofra fit-28 ta' Awwissu 2002;

talloka kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrent, stmat fuq bażi provviżorja ex aequo et bono għal EUR 5 000, b'riżerva ta' żieda jew tnaqqis fil-mori tal-kawża;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________