Language of document : ECLI:EU:T:2011:58





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Frar 2011 – P.P.TV vs UASI – Rentrak (PPT)

(Kawża T-118/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PPT – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti PPTV – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfuzjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 75)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Jannar 2007 (Każ R 1040/2005‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn P.P.TV – Publicidade de Portugal e Televisão, SA u Rentrak Corp.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Rentrak Corp.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali PPT għal servizzi fil-klassi 41 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1758382

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

P.P.TV – Publicidade de Portugal e Televisão, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark nazzjonali figurattiva PPTV għas-servizzi fil-klassi 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

P.P.TV – Publicidade de Portugal e Televisão, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.