Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' April 2007 - Last Minute Network vs L-UASI - Last Minute Tour (LAST MINUTE TOUR)

(Kawża T-114/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Last Minute Network Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell: Last Minute Tour SpA (Milan, L-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

li tiġi annullata d-Deċiżjoni kollha tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-konvenut, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tat-8 ta' Frar 2007;

li t-trade mark Komunitarja Nru 1 552 231 tiġi ddikjarata invalida fir-rigward tal-klassijiet 39 u 42;

li l-konvenut jiġi ordnat ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta' applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Il-marka figurattiva 'LAST MINUTE TOUR' għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 39 u 42 - Trade mark Komunitarja Nru 1 552 231

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja : Last Minute Tour SpA

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja : ir-rikorrenti

Dritt tat-trademark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità : Il-marka nazzjonali verbali 'LASTMINUTE.COM' li mhijiex irreġistrata, għal servizzi fil-klassijiet 39 u 43

Deċiżjoni tad-diviżjoni tal-kanċellazzjoni : Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja għas-servizzi fil-klassijiet 39 u 42 u ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità għall-oġġetti fil-klassi 16

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u ċaħda għal talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Eċċezzjonijiet : Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 inkwantu l-Bord ta' l-Appell iddeċieda b'mod żballjat li t-trade mark li mhijiex irreġistrata tar-rikorrenti ma kinitx tagħtiha d-dritt li tipprojbixxi l-użu fir-Renju Unit tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha u inkwantu l-Bord ta' l-Appell applika b'mod żbaljat it-test sabiex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta' konfużjoni.

____________