Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' April 2007 - Last Minute Network vs L-UASI - Last Minute Tour (LAST MINUTE TOUR)

(Kawża T-115/07)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Last Minute Network Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Last Minute Tour SpA (Milano, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni kollha kemm hi tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-intimat, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni), tat-8 ta' Frar 2007;

tiddikjara li CTM Nru 1 552 231 hija invalida fir-rigward tal-klassi 16;

tordna lill-intimat ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade Mark komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba ta' annullament :: Il-marka figurattiva 'LAST MINUTE TOUR' għal prodotti u servizzi fi klassijiet 16, 39 u 42 - Trade mark komunitarja Nru 1 552 231

Proprjetarju tat-trade mark komunitarja : Last Minute Tour SpA

Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark komunitarja : ir-rikorrenti

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob l-annullament : Il-marka nazzjonali fil-forma ta' kelma 'LASTMINUTE.COM' mhux irreġistrata, għal servizzi fil-klassijiet 39 u 42

Deċiżjoni tad-diviżjoni tal-kanċellazzjoni : Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark komunitarja għas-servizzi fil-klassijiet 39 u 42 u ċ-ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità għall-oġġetti fil-klassi 16

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell : Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u taċ-ċaħda għal talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità wkoll għal oġġetti fil-klassi 16

Motivi invokati : Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li t-trademark mhux irreġistrat tar-rikorrenti ma kinitx tagħtiha d-dritt li tipprojbixxi l-użu fir-Renju Unit tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha u peress li l-Bord ta' l-Appell applika b'mod ħażin it-test sabiex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta' konfużjoni.

____________