Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Marzu 2008 - Carvalhal Garcia vs Il-Kunsill

(Kawża F-40/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Daniela Paula Carvalhal Garcia (Sines, il-Portugall) (rappreżentant: F. Antas da Cunha, avocat)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jagħtix il-benefiċċju ta' l-edukazzjoni favur bint ir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni finali tad-direzzjoni tal-persunal tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja tas-16 ta' Novembru 2007 u tiddeċiedi li din għandha tiġi mibdula b'deċiżjoni oħra li tagħti dan il-benefiċċju ta' l-edukazzjoni favur it-tifla tar-rikorrenti għas-sena skolastika 2006/2007.

____________