Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – Boshab vs Il-Kunsill

(Kawża T-107/20) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Persistenza taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Évariste Boshab (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u S. Lejeune, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2019, L 318, p. 134), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2019, L 318, p. 1), inkwantu dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Évariste Boshab huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 129, 20.4.2020.