Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – Franza vs ECHA

(Kawża T-127/20) 1

(“REACH – Evalwazzjoni ta’ sustanzi – Klorur tal-aluminju – Klorur tal-aluminju bażiku – Sulfat tal-aluminju – Deċiżjoni tal-ECHA li titlob informazzjoni addizzjonali – Artikolu 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Appell imressaq quddiem il-Bord tal-Appell – Diversi raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell – Raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw id-deċiżjoni – Natura ineffettiva tal-motivi intiżi kontra r-raġunijiet l-oħra”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: T. Stehelin, W. Zemamta u A.-L. Desjonquères, aġenti)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, M. Goodacre u W. Broere, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: D. Klebs, S. Heimerl u S. Costanzo, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Kemira Oyj (Helsinki, il-Finlandja), Grace Silica GmbH (Düren, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-P. Montfort u T. Delille, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ECHA tas-17 ta’ Diċembru 2017 li tannulla tliet deċiżjonijiet tal-ECHA tal-21 ta5 Diċembru 2017 li titlob li r-reġistranti kkonċernati jwettqu testijiet ġodda fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-klorur tal-aluminju, tal-klorur tal-aluminju bażiku u tas-sulfat tal-aluminju (Każijiet magħquda A-003-2018, A-004-2018 u A-005-2018).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), minn Kemira Oyj u minn Grace Silica GmbH.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 191, 8.6.2020.