Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – Residencial Palladium vs EUIPO – Palladium Gestión (PALLADIUM HOTELS & RESORTS)

(Kawża T-207/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PALLADIUM HOTELS & RESORTS – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Artikolu 53(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Artikolu 56(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 63(3) tar-Regolament 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Residencial Palladium, SL (Ibiza, Spanja) (rappreżentant: D. Solana Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Palladium Gestión, SL (Ibiza) (rappreżentant: J. Rojo García-Lajara, avukat), ammessa sabiex tissostitwixxi lil Fiesta Hotels & Resorts, SL

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2020 (Każ R 231/2019-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Residencial Palladium u Fiesta Hotels & Resorts.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Frar 2020 (Każ R 231/2019-4) hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Residencial Palladium, SL.

Palladium Gestión, SL, għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 201, 15.6.2020.