Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – Arnaoutakis et vs Il-Parlament

(Kawżi T-240/20 u T-245/20) 1

(“Dritt istituzzjonali – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament – Bidla fl-iskema tal-pensjoni komplementari volontarja – Rifjut ta’ għoti ta’ pensjoni komplementari volontarja – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Kompetenza tal-Bureau tal-Parlament – Drittijiet miksuba jew fil-proċess li jkunu miksuba – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Ċertezza legali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Stavros Arnaoutakis (Heraklion, il-Greċja) u l-5 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: A. Schmitt u A. Grosjean, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, M. Ecker u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew li jiċħdu t-talbiet tar-rikorrenti, minħabba li ma laħqux l-età meħtieġa ta’ 65 sena, sabiex jingħataw dritt għal pensjoni komplementari volontarja, skont id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU 2018, C 466, p. 8).

Dispożittiv

Il-Kawżi T-240/20 sa T 245/20 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Stavros Arnaoutakis u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 215, 29.6.2020.