Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – MHCS vs EUIPO – Lidl Stiftung (Sfumatura ta’ kulur oranġjo)

(Kawża T-274/20) 1

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta sfumatura ta’ kulur oranġjo – Raġuni assoluta għal rifjut – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001 – Natura tat-trade mark – Trade mark ta’ kulur – Dritt għal smiegħ – Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: MHCS (Épernay, Franza) (rappreżentanti: O. Vrins u B. Raus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kefferpütz u K. Wagner, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2020 (Każ R 2392/2018-1), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Lidl Stiftung & Co. u MHCS.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Frar 2020 (R 2392/2018-1) hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn MHCS.

Lidl Stiftung & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn MHCS.

____________

1     ĠU C 247, 27.7.2020