Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2021 – KN vs KESE

(Kawża T-377/20) 1

(“Dritt istituzzjonali – Membru tal-KESE – Investigazzjoni tal-OLAF dwar allegazzjonijiet ta’ fastidju psikoloġiku – Deċiżjoni li membru jitneħħa mill-funzjonijiet tiegħu ta’ superviżjoni u ta’ ġestjoni tal-persunal – Rikors għal annullament – Att li jista’ jiġi kkontestat – Ammissibbiltà – Miżura meħuda fl-interess tas-servizz – Bażi legali – Drittijiet tad-difiża – Rifjut ta’ aċċess għall-annessi tar-rapport tal-OLAF – Żvelar tas-sustanza tax-xhidiet fil-forma ta’ sunt – Responsabbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KN (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld u M. Aboudi, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, K. Gambino, X. Chamodraka, A. Carvajal García-Valdecasas u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn A. Duron, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-KESE tad-9 ta’ Ġunju 2020 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

KN huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 279, 24.8.2020.