Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – LF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-466/20) 1

(“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Remunerazzjoni – Allowance tal-espatrijazzjoni – Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Rifjut li tingħata l-allowance tal-espatrijazzjoni – Residenza abitwali – Funzjonijiet eżerċitati f’organizzazzjoni internazzjonali stabbilita fl-Istat ta’ impjieg”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: LF (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju “tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Settembru 2019, li permezz tagħha l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni ġie rrifjutat lir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

LF huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 313, 21.9.2020.