Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2021 – MKB Multifunds vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-277/20) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Fondi ta’ ekwità privata – Lment – Miżuri li allegatament jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat marbuta ma’ Dutch Venture Initiative – Deċiżjoni adottata fit-tmiem il-proċedura ta’ eżami preliminari – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Kwalità ta’ persuna interessata – Salvagwardja tad-drittijiet proċedurali – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: MKB Multifunds BV (Zierikzee, il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentanti: J. van de Hel u R. Rampersad, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Bottka u S. Noë, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u C. Schillemans, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, essenzjalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 1109 final tas-27 ta’ Frar 2020 dwar l-għajnuna SA.55704 (2019/FC) – Il-Pajjiżi l-Baxxi, dwar allegata għajnuna mill-Istat mogħtija lil Dutch Venture Initiative.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala allegatament inammissibbli.

MKB Multifunds BV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 247, 27.7.2020.