Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Awissu 2021 – DK Company vs EUIPO – Hunter Boot (DENIM HUNTER)

(Kawża T-387/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DK Company A/S (Ikast, id-Danimarka) (rappreżentant: S. Hansen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája. aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Hunter Boot Ltd (Edinburgh, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ April 2020 (Każ R 849/2018-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hunter Boot u DK Company.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

DK Company A/S hija kkundannta tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

____________

1     ĠU C 262, 10.8.2020.