Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 - API vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/04)1

"Aċċess għad-dokumenti - Dokumenti ppreżentati mill-Kummissjoni fi proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim'Istanza - Deċiżjoni ta' rifjut ta' aċċess"

Lingwa tal-kawża:L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Association de la presse internationale ASBL (API) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Volcker, F. Louis u J. Heithecker, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Docksey u P. Aalto, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Novembru 2003 li tiċħad domanda mressqa mir-rikorrenti sabiex tikseb l-aċċess għad-dokumenti ppreżentati mill-Kummissjoni fi proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim'Istanza.

Dispożittiv tas-sentenza

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Novembru 2003 hija annullata safejn hija tirrifjuta l-aċċess għan-noti ppreżentati mill-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-kawżi Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, C-466/98; Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, C-467/98; Il-Kummissjoni vs L-Iżvezja, C-468/98; Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja, C-469/98; Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, C-471/98; Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, C-472/98; Il-Kummissjoni vs L-Awstrija, C-475/98, u Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-476/98, u quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-kuntest tal-kawża Airtours vs Il-Kummissjoni, T-342/99.

2)     Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 71, 20.3.2004.