Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' April 2011 - Socitrel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-413/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta' ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta' urġenza"

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Socitrel - Sociedade Industrial de Trefilaria, SA (Trofa, il-Portugall) (rappreżentanti: F. Proença de Carvalho u T. Luísa de Faria, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, V. Bottka u P. Costa de Oliveira, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta' Ġunju 2010, dwar proċedura taħt l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 - Azzar użat għall-prestressing), kif ukoll talba għal eżenzjoni mill-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja biex jiġi evitat irkupru immedjat tal-multa imposta skont l-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________