Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2014 – Demp vs UASI (TURBO DRILL)

(Kawża T-50/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Demp BV (Vianen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Gehweiler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tat-22 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1254/2013-4 fir-rigward ta’ prodotti fil-klassi 6 (materjal tal-metall għall-bini, ironmongery, oġġetti żgħar tal-metall, muntaturi, materjal tal-immuntar, viti, partijiet u aċċessorji għall-prodotti kollha ċċitati iktar ’il fuq, il-prodotti kollha tal-metall ċċitati iktar ’il fuq) fil-klassi 19 (materjal tal-bini, muntaturi, materjal tal-immuntar, viti, partijiet u aċċessorji għall-prodotti kollha ċċitati iktar ’il fuq, il-prodotti kollha ċċitati iktar ’il fuq mhux tal-metall) u prodotti fil-klassi 20 (muntaturi, materjal tal-immuntar, viti);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TURBO DRILL” għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 8, 19 u 20 ‒ Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 695 145

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.