Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Frar 2016 – Ludwig-Bölkow-Systemtechnik vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-53/14)1

(“Klawżola ta’ arbitraġġ – Sitt programm kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni – Rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa u ta’ kumpensi fil-forma ta’ somom f’daqqa – Ma hemmx look li tingħata deċiżjoni parzjali – Spejjeż eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni – Klawżola penali – Natrua manifestament eċċessiva”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ludwig-Bölkow-Systemtechnik GmbH (Ottobrunn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Núñez Müller u T. Becker, sussegwentement M. Núñez Müller, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Konstatazzjoni, minn naħa, li l-Kummissjoni ma għandhiex dritt titlob lir-rikorrenti tirrimborsa l-ħlasijiet minn qabel imwettqa abbażi ta’ tliet kuntratti u, min-naħa l-oħra, li r-rikorrenti ma hijiex obbligata li tħallas kumpensi fil-forma ta’ somom f’daqqa lill-Kummissjoni.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-tieni u t-tielet kap tat-talbiet tar-rikors.

L-ammonti dovuti bħala kumpensi fil-forma ta’ somom f’daqqa minn Ludwig-Bölkow-Systemtechnik GmbH huma mnaqqsa għal ammont ekwivalenti għal 10 % tal-ħlasijiet minn qabel li għandhom jiġi rrimborsati skont il-kuntratti marbuta mal-proġetti HyWays, HyApproval u HarmonHy.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Ludwig-Bölkow-Systemtechnik u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1  ĠU C 129, 28.4.2014.