Language of document : ECLI:EU:F:2011:21

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TIENI AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

11 ta’ Marzu 2011

Kawża F-24/10

Loukas Kaskarelis

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Ftehim bonarju fuq inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża”

Suġġett: Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu L. Kaskarelis jitlob, essenzjalment, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta lir-rikorrent l-għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni u l-allowance tal-installazzjoni, kif ukoll ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar għad-dħul fil-kariga.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑24/10, Kaskarelis vs Il‑Kummissjoni, għandha titħassar mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tħallas l-allowance tal-installazzjoni lir-rikorrent. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jieħu nota formali tal-fatt li, bil-kundizzjoni li jiġu prodotti l-provi li normalment huma meħtieġa f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tħallas lir-rikorrent l-allowances ta’ kuljum u tirrimborsah l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu għad-dħul fil-kariga kif ukoll l-ispejjeż taċ-ċaqliq. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jieħu nota formali tal-fatt li l-partijiet jirrikonoxxu li la dan il-ftehim bonarju u lanqas il-pożizzjonijiet li ħadu l-partijiet fil-fażi prekontenzjuża jew matul il-fażi kontenzjuża jew fl-eżekuzzjoni ta’ dan il-ftehim bonarju ma jistgħu jippreġudikaw deċiżjoni futura fuq l-allowance tal-espatrijazzjoni tar-rikorrent, jekk dan tal-aħħar jinħatar bħala uffiċjal. Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, żewġ terzi tal-ispejjeż tar-rikorrent. Ir-rikorrent għandu jbati terz tal-ispejjeż tiegħu.

Sommarju

Uffiċjali — Rikors — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu69)