Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Mejju 2008 - Icuna.Com vs Il-Parlament

(Kawża T-383/06 u T-71/07)1

("Rikors għal annullament - Rikors għal danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti - Rifjut ta' offerta - Deċiżjoni li tannulla l-proċedura ta' sejħa għal offerti - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Icuna.Com SCRL (Braine-le-Chateau, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Windey u P. De Bandt, avocats)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O Caisou-Rousseau u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Fil-kawża T-383/06, minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' 1 ta' Diċembru 2006 li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tal-lott 2 (kontenut tal-programmi) tal-proċedura ta' sejħa għal offerti EP/DGINFO/WEBTV/2006/0003, dwar il-ħolqien u t-tħaddim ta' l-istazzjon tat-televiżjoni fuq l-Internet tal-Parlament Ewropew, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għal danni intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti b'riżultat ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' 1 ta' Diċembru 2006 u, fil-kawża T-71/07, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2007 li tannulla l-proċedura ta' sejħa għal offerti EP/DGINFO/WEBTV/2006/0003, dwar il-ħolqien u t-tħaddim ta' l-istazzjon tat-televiżjoni fuq l-Internet tal-Parlament Ewropew, fir-rigward tal-lott 2 (kontenut tal-programmi), kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għal danni intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti b'riżultat ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-31 ta' Jannar 2007.

Dispożittiv

Il-kawżi T-383/06 u T-71/07 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet.

Fil-kawża T-71/07, l-eċċezzjoni ta' inammissibbiltà hija magħquda mal-mertu.

Ir-rikors fil-kawża T-71/07 huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament fil-kawża T-383/06.

It-talba għal danni fil-kawża T-383/06 hija miċħuda bħala manifestament infondata fid-dritt.

Fil-kawża T-383/06, il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż ta' Icuna.Com SCRL, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji. Icuna.Com għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

Fil-kawża T-71/07, Icuna.Com għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll l-ispejjeż tal-Parlament, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji u ma' l-eċċezzjoni ta' inammissibbiltà.

____________

1 - ĠU C 20, 27.1.2007.