Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Ottubru 2009 - Vischim vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-380/06)1

("Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva chlorothalonil - Emenda tal-inklużjoni fl-Anness 1 tad-Direttiva 91/414/KEE - Direttiva 2006/76/KE - Retroattività - Nuqqas ta' perijodu tranżitorju - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta' trattament ugwali")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vischim Srl (Cesano Maderno, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu u K. van Madegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u B. Doherty, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/76/KE tat-22 ta' Settembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva chlorothalonil (ĠU L 263, p. 9).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Vischim Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 20, 27.1.2007.