Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2011 - Tomkins vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-382/06) 1

"Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Tul tal-ksur"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tomkins plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Soames, S. Jordan, solicitors u J. Joshua, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn S. Kinsella u K. Daly, solicitors)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 - Attrezzaturi), kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006 4180, tal-20 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 - Attrezzaturi) huwa annullat sa fejn jimputa l-perijodu ta' bejn il-31 ta' Diċembru 1988 u d-29 ta' Ottubru 1993 fuq Tomkins plc.

2)    L-ammont tal-multa imposta fuq Tomkins fl-Artikolu 2(h) tad Deċiżjoni C (2006) 4180 huwa ffissat għal Eur 4.25 miljun li minnhom EUR 3 4 miljun għandhom jitħallsu in solidum ma Pegler Ltd.

3)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 42, 24.02.2007