Language of document : ECLI:EU:T:2010:458





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 – Farmeco vs UASI – Allergan (BOTUMAX)

(Kawża T-131/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BOTUMAX – Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti BOTOX – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Dannu għar-reputazzjoni – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 46, 65-67)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni - Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża lil prodotti jew servizzi li ma jixxibhux (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 82-86, 92-101)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Frar 2009 (Każ R 60/2008-4), dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Allergan Inc. u Farmeco AE Dermokallyntika.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Farmeco AE Dermokallyntika

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali ALLTREK għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 3, 5 u 16 – Applikazzjoni Nru 3218237

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni:

Allergan Inc.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni:

Diversi reġistrazzjonijiet tat-trade mark verbali jew tas-sinjal BOTOX bħala trade mark Komunitarja u nazzjonali għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 16 u 42 rispettivament

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja inkwistjoni miċħuda parzjalment


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Farmeco AE Dermokallyntika hija kkundannata għall-ispejjeż.