Language of document : ECLI:EU:T:2010:120





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Marzu 2010 – Eliza vs UASI – Went Computing Consultancy Group (eliza)

(Kawża T-130/09)

“Trade mark Komunitarja – Oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li fiha l-kelma eliza – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ELISE – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Reġistrazzjoni rrifjutata – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1244/2008 4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Went Computing Consultancy Group BV u Eliza Corp.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Eliza Corporation

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva eliza għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Went Computing Consultancy Group BV

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali ELISE għal prodotti u servizzi fil‑klassijiet 9, 16, 35 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Eliza Corporation hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u minn Went Computing Consultancy Group BV.