Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2021 – Thomas Henry vs EUIPO (MATE MATE)

(Kawża T-452/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Henry GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, N. Willich u D. Mienert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MATE MATE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 091 934

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 406/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________