Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2021 – YAplus DBA Yoga Alliance vs EUIPO – Vidyanand (YOGA ALLIANCE INDIA INTERNATIONAL)

(Kawża T-443/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: YAplus DBA Yoga Alliance (Arlington, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Swami Vidyanand (Villupuram, l-Indja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva YOGA ALLIANCE INDIA INTERNATIONAL – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 415 321

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 1062/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, skont il-każ, lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedura kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________