Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2021 – Hesse vs EUIPO – Wedl & Hofmann (Testa Rossa)

(Kawża T-451/21)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Kurt Hesse (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wedl & Hofmann GmbH (Mils/Hall in Tirol, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Testa Rossa” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 019 047

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 878/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-oppożizzjoni hija wkoll miċħuda għall-prodotti li ġejjin:

Klassi 7 - magni li jaqtgħu l-ħobż; magni li jħakku, għal ħaxix; magni li jitħnu l-kafè li ma jaħdmux bl-idejn; magni tal-kċina, tal-elettriku u apparat li jfarrak għall-użu fil-kċina, tal-elettriku;

Klassi 21 – utensili domestiċi;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________