Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2021 – G-Core Innovations vs EUIPO – Coretransform (G CORELABS)

(Kawża T-454/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: G-Core Innovations Sàrl (Contern, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Axel Karnøe Søndergaard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Coretransform GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “G CORELABS” fl-oranġjo, aħmar, fidda, iswed u griż – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 955 017

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 22/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark għall-prodotti kollha li għalihom saret applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inkorsi mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________