Language of document : ECLI:EU:T:2021:523


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Settembru 2021 – FF IP vs EUIPO – Seven (the DoubleF)

(Kawża T-23/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva the DoubleF – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti THE DOUBLE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Pubbliku relevanti – Xebh bejn il-prodotti – Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Bidla ta’ deċiżjoni tal-Uffiċċju – Evalwazzjoni fir-rigward tal-kompetenzi mogħtija lill-Bord tal-Appell

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikoli 66(1) u 71(1))

(ara l-punti 24, 25)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 36, 37, 45, 116)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 39)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva the DoubleF

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 46-49, 60-62, 74, 96, 103, 114, 129)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 56, 57)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 78, 79, 85, 106)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 87)

8.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 102)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 2588/2018-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Seven u FF IP.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

It-talba ta’ Seven SpA intiża għar-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva the DoubleF għall-prodotti fil-klassi 18 u s-servizz fil-klassi 35 hija miċħuda.

3)

FF I srl hija kkundannata għall-ispejjeż.