Language of document : ECLI:EU:T:2021:529


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal1 ta’ Settembru 2021 – Homoki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T517/19) (1)

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Rapport finali tal-investigazzjoni tal-OLAF dwar it-twettiq ta’ proġett ta’ investiment fid-dawl tat-toroq fl-Ungerija – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ attivitajiet ta’ spezzjonijiet, ta’ investigazzjoni u ta’ verifiki – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu – Protezzjoni tad-data personali”

1.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Deċiżjoni ta’ rifjut ta’ talba inizjali għal aċċess għal dokumenti ta’ istituzzjoni – Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 8)

(ara l-punti 19, 20)

2.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta' aċċess għal dokumenti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4)

(ara l-punti 47 sa 50)

3.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta' aċċess għal dokumenti – Rifjut ta’ aċċess – Possibbiltà li wieħed jibbaża ruħu fuq preżunzjonijiet ġenerali applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti – Skop

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4)

(ara l-punti 51, 54)

4.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Applikazzjoni għad-dokumenti tal-fajl amministrattiv ta’ investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) – Preżunzjoni ġenerali ta’ preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi involuti f’tali investigazzjoni minħabba l-iżvelar tal-imsemmija dokumenti

(Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001 u Nru 883/2013)

(ara l-punti 55 sa 57)

5.      Unjoni Ewropea – Istituzzjonijiet – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Portata – Applikazzjoni wara l-għeluq ta’ dawn l-attivitajiet – Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2))

(ara l-punti 59 sa 63)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) OCM(2019)11506 tat‑22 ta’ Mejju 2019 hija annullata, sa fejn din irrifjutat l-aċċess għar-rapport finali tal-investigazzjoni tal-OLAF dwar il-Fajl OF/2015/0034/B4, bit-tneħħija tal-eventwali data personali dwar ix-xhieda, tan-noti interni u tar-riferimenti għall-metodi tal-OLAF.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


1 ĠU C 328, 30.9.2019.