Language of document : ECLI:EU:T:2016:503





tmilcjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 –

Cargill vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑117/14)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ biodiesel li joriġina mill-Arġentina – Dazju antidumping definittiv – Rikors għal annullament – Interess dirett – Interess individwali – Ammissibbiltà – Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Valur normali – Spejjeż ta’ produzzjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess individwali – Kriterji – Regolament li jimponi dazji antidumping – Rikors ta’ esportatur tal-prodott milqut minn dan id-dazju, imsemmi espliċitament fir-regolament – Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 30‑32)

2.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Użu tal-valur maħdum – Kalkolu tal-ispejjeż ta’ produzzjoni abbażi tar-reġistri ta’ kontabbiltà – Deroga – Spejjeż marbuta mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott suġġett għall-investigazzjoni li ma ġewx raġonevolment inklużi f’dawn ir-reġistri – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1972/2002, premessa 4, u Nru 1225/2009, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) u l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 2(5)) (ara l-punti 40‑44, 48‑71)

3.                     Rikors għal annullament – Suġġett – Annullament parzjali – Kundizzjoni – Natura diviżibbli tad-dispożizzjonijiet ikkontestati – Dispożizzjoni ta’ regolament li timponi dazji antidumping definittivi – Annullament li jwassal għal modifika tas-sustanza tar-regolament (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1194/2013, Artikolu 1) (ara l-punti 74‑76)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU 2013, L 315, p. 2), sa fejn jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Cargill SACI.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Cargill.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Biodiesel Board (EBB) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.