Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-ewwel Awla) tas-26 ta' Mejju 2008 - Braun-Neumann vs Il-Parlament
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Pensjoni tas-superstiti - Ħlas sa 50% minħabba li jeżisti konjuġi superstiti ieħor - Inammissibbiltà - Ilment tardiv - Inammissibbiltà tar-rikors għal raġunijiet ta' ordni pubbliku - Tqajjim ex officio - Applikazzjoni fiż-żmien tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kurt-Wolfgang Braun-Neumann (Merzig, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Ames, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. F. De Wachter, K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Talba għall-ħlas sħiħ tal-pensjoni tas-superstiti.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 235, 06.10.2007, p. 31.