Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Novembru 2012 - ClientEarth et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-278/11) 

(Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta' aċċess - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) ; Friends of the Earth Europe (Amsterdam, l-Olanda) ; Stichting FERN (Leiden , l-Olanda) ; u Stichting Corporate Europe Observatory (Amsterdam) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u C. ten Dam, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tfasslet fit-22 ta' April 2011 u li tirrifjuta li tagħti aċċess għal ċerti dokumenti dwar is-sistemi ta' ċertifikazzjoni volontarji intiżi li jiksbu r-rikonoxximent skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, p. 16).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż ta' ClientEarth, Friends of the Earth Europe, Stichting FERN u Corporate Europe Observatory, li għandhom ibatu l-kwart tal-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 219, 23.07.2011