Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl-14 ta’ Frar 2024 – JYSK Kereskedelmi Kft. vs Nemzeti Élelmiszerlánc-biztonsági Hivatal

(Kawża C-117/24, JYSK)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JYSK Kereskedelmi Kft.

Konvenut: Nemzeti Élelmiszerlánc-biztonsági Hivatal

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam 1 , moqri flimkien mal-Artikolu 6(1) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa konformi ma’ dawn id-dispożizzjonijiet il-fatt li l-operatur ikollu aċċess għall-elementi, imsemmija fl-Artikolu 6(1) tiegħu, tas-sistema ta’ diliġenza dovuta miżmuma u evalwata mill-kumpannija parent tiegħu jew użata minnha u stabbilita minn organizzazzjoni ta’ monitoraġġ, fis-sens tal-Artikolu 8 [tar-regolament iċċitat]?

____________

1 ĠU 2010, L 295, p. 23.