Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – Kneipp vs EUIPO – Patou (Joyful by nature)
(Kawża T-157/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Kneipp GmbH (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pejman, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jean Patou (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Joyful by nature” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 159 946
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 532/2022-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet l-appell ippreżentat mir-rikorrent kontra r-rifjut tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għall-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-Klassijiet 3, 4, 35 u 44;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċidmenti ta’ oppożizzjoni.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________