Appell ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2023 minn Clínicas Dental Arquimbau SL et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-18 ta’ April 2023 fil-Kawża T-99/23, Clínicas Dental Arquimbau et vs Juzgado de lo Mercantil nº 9 de Barcelona
(Kawża C-384/23 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Clínicas Dental Arquimbau SL, Clínicas Presidental SL, Luís Díaz Cuevas u Isabel Ana Arquimbau Cervantes (rappreżentant: M. E. Ortega Ros, abogada)
Parti oħra fil-proċedura: Juzgado de lo Mercantil nº 9 de Barcelona
Permezz ta’ digriet tat-23 ta’ Frar 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament infondat u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.
____________